Attwali

Kevin Mercieca
Attwali huwa programm ta’ diskussjoni dwar ġrajjiet kurrenti u suġġetti oħra edukattivi li jqanqlu interess fost it-telesepettaturi lokali. Attwali beda jixxandar fuq l-istazzjon Fliving f’Ottubru tas-sena 2017 u se jkompli għaddej fuq l-istess stazzjon mill-iskeda tal-Ħarifa.
Aparti Kevin Mercieca li huwa l-preżentatur u l-produttur ta’ Attwali, it-tim tal-programm Attwali huwa magħmul minn Kurt Palwey li jieħu ħsieb il-muntaġġ tal-filmati (il-features) li jixxandru matul il-programm u minn żmien għal żmien ġieli jagħmel xi voxpops fuq barra kif ukoll Melvin Caruana minn Pixel Art li huwa l-fotografu uffiċjali ta’ Attwali.
Il-programm se jkun qed jixxandar fl-istess ħin li kien qed jintwera s-sena li għaddiet jiġifieri kull nhar ta’ Ġimgħa f’xandira diretta bejn is-6.00pm u s-7.30pm. Xi ħaġa ġdida li se nkunu qed nintroduċu mill-iskeda tal-Ħarifa fil-programm Attwali huma l-kantanti. F’kull programm se jkollna kantant jew kantanta differenti, b’dan il-mod aparti li nsebbħu l-programm se nkunu qed nesponu t-talent lokali u nagħtu opportunita’ lill-kantanti ġodda jidhru fuq it-televiżjoni.
Infakkrukom li peress li Attwali se jkun qed jixxandar f’xandira diretta intom it-telespetatturi se jkollkom l-opportunita’ iċċemplu live matul il-programm.
Grazzi bħal dejjem tas-sapport tagħkom!
Ħajr lil Fliving channel ta’ kemm qed jagħtina din l-opportunita’ li nagħmlu dan il-programm edukattiv kif ukoll lil diversi sponsors li mingħajr l-għajnuna siewja tagħhom dan il-programm ma jkunx jista’ isir.
Facebook: Attwali
Twitter: Attwali on Fliving
Indirizz elettroniku: attwalionfliving@gmail.com