Belle Donne

Romina Bonaci

Suċċess kbir għal programm Belledonne għal ħdax il-sena konseguttiva ser jerġa’ jixxandar fuq F Living Channel, l-aktar programm konsistenti ta’ Makeover.

Belledonne programm relatat għal dik il-mara li tixtieq tidher tajba. Programm li jagħti informazzjoni u parir biex dik il-persuna li tkun qeda issegwi Belledonne tkun tista tagħżel u takwista prodotti ta’ kwalita u addattati għalija. Fil-programm Belledonne l-esperti jkunu qedin jagħtu opportunita lil dik il-mara biex turi u toħroġ l-isbaħ dehra tagħha u fl-istess ħin ikunu qedin jagħtu kuraġġ lil dawk li forsi qatt ma kellhom għajnuna biex iħossuhom tajbin.

Programm mimli informazzjoni dwar kura tax-xagħar, saħħa u sbuħija. Pariri dwar l-irtokk addattat, moda ta’ l-istaġun, għażla ta’ ġojjellerija skond l-okkażżjoni u dak kollu li mara tkun tixtieq tkun taf aktar.

Belledonne jixxandar l-Erbgħa fis-18:00 fuq F Living.

Dan il programm huwa produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Romina Bonaci