Bidla Pozittiva

Onor. Silvio Paris & Carmen Abela

Bidla Pożittiva – Programm ippreżentant minn Carmen Abela u li fih ikun mistieden kull ġimgħa s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis biex jitkellem dwar ix-xogħol u l-progress li qiegħed isir fi ħdan is-Segretarjat tiegħu. F’din it-tieni sensiela ta’ dan il-programm qegħdin ukoll jiġu mistiedna s-Sindki tagħna.

F’kull programm qiegħed jattendi Sindku differenti minn kull lokalità sabiex flimkien mas-Segretarju Parlamentari jiġu diskussi s-suċċessi kif ukoll l-isfidi li jiltaqa’ magħhom il-Kunsill Lokali, b’mod speċjali l-isfidi tal-iskart u l-indafa. Barra minn hekk se jkunu qed isiru programmi mal-Presidenti tal-Kumitati Reġjonali tagħna. Sfortunatament huma ftit dawk li jafu bir-Reġjuni. Madanakollu bis-saħħa tar-Riforma li se ssir fi ħdanhom, dawn se jingħataw ħafna iżjed poteri u funzjonijiet, anki fejn jidħol l-aspett soċjali, u għalhekk se nibdew nisimgħu aktar ta’ spiss dwarhom. 

F’kelma waħda dan huwa programm edukattiv u informattiv u li matulu jiġu diskussi temi li jaffettwaw u jinvolvu b’mod dirett liċ-ċittadini tagħna. Bidla Pożittiva jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fid-9:30pm fuq F Living.