Il-Lokalitajiet Tagħna

Hon. Silvio Parnis & Carmen

Programm ippreżentant minn Carmen Abela u li fih ikun mistieden kull ġimgħa s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis biex jitkellem dwar ix-xogħol u l-progress li qiegħed isir fi ħdan is-Segretarjat tiegħu.

F’dan il-programm qegħdin ukoll jiġu mistiedna s-Sindki ta’ kull lokalità. F’kull programm qiegħed jattendi Sindku differenti minn kull lokalità sabiex flimkien mas-Segretarju Parlamentari jiġu diskussi s-suċċessi kif ukoll l-isfidi li jiltaqa’ magħhom il-Kunsill Lokali, fosthom l-isfidi tal-iskart u l-indafa.

F’kelma waħda dan huwa programm edukattiv u informattiv u li matulu jiġu diskussi temi li jaffettwaw u jinvolvu b’mod dirett lilkom iċ-ċittadini. Il-Lokalitajiet Tagħna jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fit-8pm fuq F Living.